
Merħba!
1. Nixtiequ navzaw lil Pubbliku li minn nhar it-Tnejn 12 t' Ottubru ser ikollna bidla fil-gbir ta' skart. L-iskart Organiku (il-borza is-sewda/imhallta) ser jibda jingabar nhar ta' Tnejn, Erbgha, Hamis u Sibt BISS. Imbghad l-iskart riciklabbli (il-Borza il-Griza) ser jibda jingabar nhar ta' Tlieta u nhar ta' Gimgha BISS. Punt tajjeb li wiehed ghandu jinnota huwa li l-iskart riciklabbli ghandu jinhareg fil-borza l-griza biss u fl-ebda kontenitur iehor bhal kaxxa tal-kartun jew boroz suwed.
Barra minn hekk kull tip ta' skart ghandu jithalla fejn ir-residenza u mhux f'xi kantuniera jew quddiem residenti tal-girien!
2. Il-Kunsill Lokali Kirkop jixtieq ihabbar li appliakajna ghall-progett tal-Fondi Strutturali Ewropej u ghadda. Dan il-progett jitratta f'taghlim fuq il-computer u fuq suggetti relatati ma' Business.
Dan it-taghlim ser jinghata b'XEJN lin-nisa tad-djar, li jithajru izidu it-taghlim taghhom sabiex ikollom iktar possibiltajiet ta' xoghol il-quddiem, u ghal dawk il-persuni hekk imsejha vulnerabbli, li jinsabu qeghda (ma jahdmux), jew inkella part time u jaqalghux iktar mil-minimum wage jew inkella persuni b'dizabilta, jew persuni li jghixu bil-beneficcji socjali.
Kull min huwa interessat ghandu jasal sal-Kunsill mil-aktar fis ghaliex postijiet huma limitati skond il-budget. Hawn taht ghandkom issibu il-link sabiex issibu aktar informazzjoni.
3. Bhal ma hafna jafu nhar Jum Kirkop gie pprezentat volum numru 2 tal-ktieb "Kirkop u l-inhawi ta madwaru" ta' l-Editur Profs. Horace C. R. Vella u dan il-ktieb jista' jinxtara mil-Kunsill ghal prezz issusidjat ta' EUR 3. Volum Numru wiehed jinsab ukoll ghall-bejgh bl-istess prezz.
4. Nixtiequ nhabbru wkoll li il-Kunsill sponsorja ktieb kollu poeziji ta' Poeta mir-rahal is-sur Godwin Ellul.Il-ktieb jinsab ghal bejgh mil-Kunsill ghal prezz ta' EUR 3.
Itla 'l fuq
|